Friday, December 13, 2024

Jinħatru 21 Surġent tal-Pulizija

Aqra wkoll


F’ċerimonja li saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana, 21 kuntistabbli ġew promossi fil-grad ta’ Surġenti. Iċ-ċerimonja kienet ippreseduta mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u xXogħol, Dr Byron Camilleri u mill-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur Angelo Gafà.

F’diskors waqt il-ħatra tas-surġenti l-ġodda, il-Ministru Dr Byron Camilleri qal li l-ħatra bħala surġenti fil-korp, hija ħatra li turi li ż-żmien li għamlu s’issa fil-korp urew dedikazzjoni u impenn lejn is-servizz u l-uniformi li jilbsu.

“Għal korp dixxiplinat bħal pulizija, intom se jkollkom rwol kruċjali. Tridu tkunu pilastru ta’ appoġġ kemm għat-tim li tmexxu u anke għas-superjuri tagħkom. Nafu fuq kollox li biex nassiguraw li s-soċjetà tagħna jkollha serħan il-moħħ, irridu ninvestu fikom u nagħmlu minn kollox biex tkunu siguri waqt il-qadi ta’ dmirijietkom. Għamilna dan għax nemmnu fikom, għandna fiduċja fil-Korp tal-Pulizija u għandna impenn qawwi li nkunu qrib tagħkom għax
qalbna hija mal-ħaddiema”, qal il-Ministru Camilleri.

F’kelmtejn li għamel, il-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur Angelo Gafà, tkellem fuq erba’ valuri : l-imparzjalità, l-integrità, ir-rispett u t-tmexxija. Huwa qal li l-uffiċjali tal-Pulizija jridu jieħdu deċiżjonijiet imparzjali fejn bl-azzjonijiet li jittieħdu jiżguraw l-ugwaljanza u r-rispett lejn l-individwi kollha filwaqt li jevitaw preġudizzju jew favoritiżmu.

Semma’ li kull pulizija huwa obbligat li konsistentament jaderixxi mal-prinċipji
morali u etiċi, filwaqt li jaġixxi b ’onesta’, trasparenza u responsabbiltà fl-azzjonijiet kollha li jieħdu.

“Intom li issa ilħaqtu Surġenti tal-Pulizija għandkom responsabbilità ikbar xi ġġorru. Tridu fost oħrajn tmexxu lill-kollegi tagħkom billi tiggwidawhom u tagħtu eżempji pożittivi permezz talazzjonijiet u d-deċiżjonijiet li tieħdu”, qal il-Kummissarju Gafà.

Temm jgħid lis-surġenti l-ġodda li waqt ħidmiethom iridu jinkorporaw ir-rispett billi jittrattaw lil kulħadd b’dinjità, kortesija, u konsiderazzjoni, filwaqt li jiżguraw li l-azzjonijiet tagħhom jippromwovu l-inklussività, il-ġustizzja, u l-professjonaliżmu.

“Intom għandkom tkunu issa l-aġenti tal-bidla u għalhekk din hija opportunità li mil-lum ‘il quddiem tagħmlu l-bidla u tkunu mexxejja b’viżjoni u li timmotivaw lill-kollegi tagħkom. Ilkariga ta’ surġent iġġorr magħha responsabbilità u għalhekk ġibu lill-klijenti fiċ-ċentru taloperat tagħkom u kunu kontabbli, ġusti, onesti, integri u ta’ servizz lejn il-poplu”, qal ilKummissarju Gafà.

Qabel ma nħatru uffiċjalment, is-Surġenti l-ġodda għamlu kors ta’ madwar 14-il ġimgħa flAkkademja tal-Forzi Dixxiplinati f’Ta’ Kandja, fejn fost is-suġġetti li ngħataw taħriġ kien hemm fuq investigazzjonijiet ta’ inċidenti tat-traffiku; informazzjoni dwar il-liġijiet kriminali u proċeduri fil-Qorti; investigazzjonijiet fuq xeni ta’ reati; l-etika; d-Drittijiet fundamentali talbniedem; kif ukoll tagħrif dwar l-ingaġġ mal-komunità; kif tgħinu lill-vittmi tal-kriminalità; informazzjoni fuq il-Protezzjoni tad-Data u l-Istrategija tat-Trasformazzjoni; fost ohrajn.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport