Wednesday, December 25, 2024

Jinħatru ħames Maġistrati ġodda tal-Qrati Inferjuri

Aqra wkoll

Wara li saret sejħa pubblika mill-Ministru għall-Ġustizzja, Jonathan Attard, fit-13 ta’ Ottubru 2023, biex isiru espressjonijiet ta’ interess għall-ħatra ta’ ħames Maġistrati fil-Qrati Inferjuri ta’ Malta, minn persuni eliġibbli għal dawn il-karigi, fi stqarrija l-President ta’ Malta ħabbar li Dott. Agius Bonnici Antoine; Dott. Galea Farrugia Philip; Dott. Grech Jean Paul; Dott. Thake Anne Marie; Dott. Vella Nadia Helena ġew magħlużin għal din il-kariga.

L-istqarrija tgħid li wara li l-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura rċieva u għarbel b’kollox 31 espressjoni ta’ interess, li minnhom tnejn ġew irtirati, u waħda ma kinitx eliġibbli, biex b’kollox kien hemm 28) espressjoni ta’ interess.

Nhar il-Ħamis, 23 ta’ Novembru 2023, is-Sur Frankie Mercieca, Segretarju tal-Kumitat, ippreżentali r-rapport dettaljat dwar il-kandidati li ġew irrakkomandati bħala idonei għall-ħatra ta’ Maġistrat tal-Qorti Inferjuri, mill-Kumitat, fejn hemm evalwazzjoni dettaljata ta’ kull kandidat li fil-fehma tal-Kumitat kienu l-aktar idonei u meritevoli.

L-istqarrija temm tgħid li l-President jifraħ lill-Ġudikanti ġodda u jirringrazzja lill-Membri tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura għax-xogħol siewi u metikoluż li wettqu.

Ekonomija

Sport