Saturday, December 21, 2024

Jinħatru żewġ Segretarji Parlamentari fil-Kabinett tal-Ministri

Aqra wkoll

Dalgħodu sar il-ġurament tal-ħatra ta’ żewġ Segretarji Parlamentari fil-Kabinett tal-Prim Ministru Robert Abela.

Alicia Bugeja Said inħatret bħala Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali.

Rebecca Buttigieg inħatret bħala Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza.

Il-ġuramenti ngħataw fil-preżenza tal-Prim Ministru, l-Avukat tal-Istat u l-Prim Imħallef, fost l-oħrajn.

Ekonomija

Sport