Monday, October 13, 2025

Jinħelsu l-ostaġġi kollha ħajjin mill-grupp Ħamas

Aqra wkoll

Kif kien miftehim il-grupp Ħamas ħeles l-20 ostaġġ kollha ħajjin li kien qiegħed iżomm għal dawn l-aħħar 738 ġurnata.

Issa baqa’ l-katavri tal-ostaġġi li waqt li kienu miżmumin laħqu mietu.

Intant min-naħa tiegħu Iżrael qiegħed jeħles mijiet kbar ta’ priġunieri Palestinjani u dawn qegħdin jingħataw lil uffiċjali tas-Salib l-Aħmar.

Iżrael wasal ukoll ił-President tal-Istati Uniti Donald Trump fejn fil-ħin li ġej mistenni li jindrizza l-Parlament Iżraelit.

Aktar kmieni: Il-Grupp Ħamas jeħilsu l-ewwel 7 ostaġġi

Hekk kif miftiehm, it-Tnejn mas-sebħ bdew jinħelsu l-ewwel ostaġġi li l-grupp Ħamas ilu jżomm għal dawn l-aħħar 738 ġurnata.

Huma ngħata f’idejn uffiċjali tas-Salib l-Aħmar u min-naħa tagħhom dawn se jgħadduhom lill-militar Iżraelit.

L-ostaġġi li nħelsu s’issa huma Eitan Mor, Gali Berman, Ziv Berman, Matan Angrest, Omri Miran, Alon Ehal u Guy Gilboa Dallal

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport