Sunday, December 22, 2024

Jinkiser ir-rekord ta’ attendenza f’partita mill-football tan-nisa

Aqra wkoll

L-Erbgħa intlagħab it-tieni leg tal-kwarti-finali tal-UEFA Champions League bejn ir-rivali eterni,  Barcelona u Real Madrid. Dan il-konfront se jibqa’ mniżżel fl-istorja hekk kif ki­ser ir-rekord tal-akbar attendenza ta’ kull żmien fil-football tan-nisa madwar id-dinja meta l-biljetti fin-Nou Camp inbiegħu kważi kol­lha għal attendenza ta’ aktar minn 99,500.

Il-Katalani ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-2 għal aggregate ta’ 8-3 bil-goals jaslu minn Cebrian Leon (8), Conca Bonmati (52), Clauda Pina (55), Segura Putellas (62) u Caroline Hansen (70) filwaqt li għall-Madrileni wieġbu Olga Carmona (16) u Claudia Zornoza Sanchez (48). 

Ekonomija

Sport