Thursday, December 26, 2024

Jinqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli li ta daqqa ta’ sikkina fl-istonku ta’ sid ta’ ħanut f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Abd Al Salam el Awad Mahmux, raġel Palestinjan ta’ 44 sena, illum tressaq il-Qorti fejn kien mixli li ta daqqiet ta’ sikkina lil Wagih Yousseff Awad f’ħanut f’San Pawl il-Baħar.

L-Ispettur Godwin Scerri li mexxa l-Prosekuzzjoni qal li Mahmud ilu joqgħod Malta għal dawn l-aħħar 15-il sena u kien diġà wettaq reat simili fil-passat. L-Ispettur Scerri tenna li sid il-ħanut għadu qed l-isptar jirkupra mill-ġrieħi li sofra, u minkejja li mhuwiex fil-periklu li jitlef ħajtu, l-inċident seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar serji.

Il-Prosekuzzjoni qalet li kienet rat l-inċident jiżvolġi minn filmati miġbudin mill-kameras tas-sigurtà tal-ħanut. Żiedet tgħid li l-inċident seħħ wara li l-akkużat deher jersaq lejn sid il-ħanut, jitkellem miegħu b’mod aggressiv u sussegwentement jagħtih daqqa ta’ sikkina fl-istonku tiegħu.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ma laqgħetx it-talba għal ħelsien mill-arrest minħabba li l-akkużat kien instab ħati ta’ reati simili fil-passat. Hija ordnat li jibqa’ jinżamm arrestat fil-Faċilità ta’ Kordin.

Ekonomija

Sport