Wednesday, December 25, 2024

Jinqabad bid-droga wara li prova jiżgiċċa lill-pulizija f’roadblock

Aqra wkoll

Reno Azzopardi ta’ 38 sena ġie akkużat quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia li nhar it-Tlieta filgħaxija kellu fi-pussess tiegħu droga kokaina u eroina f’liema ċirkostanzi li juru li dawn ma kinux għall-użu personali tiegħu. Hu ġie akkużat ukoll li sar karozza mingħajr liċenzja u anke mingħajr polza ta’ assigurazzjoni.

Il-Prosekuzzjoni fil-Qorti qalet li kien nhar it-Tlieta filgħaxija meta l-akkużat ipprova jiżgiċċa roadblock li kien qed isir f’Ħ’Attard. Hu ħareġ mill-vettura tiegħu u beda miexi fl-inħawi.

Il-Pulizija kienu marru jistaqsuh x’kien qed jagħmel fejn hu qallhom li kien qed iħares lejn showroom tal-karozzi, iżda fil-verità ma kien hemm l-ebda showroom.

Kien hawn li tqajjem suspett f’Azzopardi u l-Pulizija wettqu tfittxija kemm fil-vettura u anke fl-inħawi li kien qed jimxi. Hawn sabu diversi pakketti tad-droga suspettata kokaina u eroina.

Filwaqt li Azzopardi wieġeb mhux ħati tal-akkużi, il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba n-natura tal-akkużi li tressaq bihom.

Ekonomija

Sport