Nazzareno Mifsud ser jiġi mressaq fuq akkużi ta’ sodomija fuq żagħżugħ ta’ 16-il sena
Nazzareno Mifsud, raġel ta’ 57 sena, tressaq il-Qort fuq talba ta’ estradizzjoni mill-Awtoritajiet Amerikani, fuq allegat reati sesswali ma’ minorenni, liema reati seħħew iktar minn tletin sena ilu.
Il-Qorti semgħet kif, lura fl-1987, Mifsud ħarab mill-Istati Uniti wara li kien qiegħed jiffaċċja akkużi ta’ sodomija u reati sesswali oħra fuq minorenni ta’ 16-il sena. Huwa ħarab pajjiżna fis-sena ta’ wara, u kienu biss fl-2017 li l-Awtoritajiet Amerikani tramite l-Interpol, talbu għall-ewwel darba, biex dan ir-raġel jinstabu u jiġi arrestat. Matul il-ġimgħa li għaddiet, il-Pulizija kellhom żvolġiment fil-każ, fejn marru d-dar tar-raġel u arrestawh.
Mifsud kien jaħdem fi ħdan l-Armata Amerikana bħala inġinier ballistiku, u kien jispeċjalizza fit-tiswijiet tas-sistemi tar-rockets. Kemmm liu Malta, huwa kien jaħdem ma’ kumpanija privata bħala Operations Manager. Apparti karta tal-identita Maltija, huwa rabba familja f’pajjiżna u għandu wkoll numru ta’ neputijiet.
L-avukati difensuri ta’ Mifsud saħqu fuq il-fatt li l-Pulizija aġixxiet għall-ewwel darba fl-2020, minkejja li t-talba inizjali seħħet tlett snin qabel. Filwaqt li d-difiża ma għamlet l-ebda talba għall-ħelsien, huma saħqu li m’għandux jiġi estradit.
Id-difiża talbu wkoll biex isir divjett mill-Qorti fuq l-identita tal-persuna, biex jiġu protetti n-neputiijiet tiegħu. Minkejja li l-prosekuzzjoni m’oġġezzjonatx, il-Qorti saħqet li ma kien hemm l-ebda raġunijiet validi biex isem l-imputat ma jixxandarx, u rrifjutat it-talba.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat George Camlleri, flimkien ma’ Kevin Valletta u Meredith Ebejer. L-avukati Arthur Azzopardi u Stephen Tonna Lowell deheru għall-akkużat.