Saturday, December 28, 2024

Jinqabad fuq serq wara li għadu kif skonta sentenza ta’ 12-il sena ħabs

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-akkużat kien fil-passat misjub ħati ta’ diversi reati, fosthom serq, ħtif ta’ persuni, użu tad-droga u reati oħrajn

Alexander Anthony Gialanza Whiteford, raġel ta’ 37 ena li kien għadu kif skont total ta’ 12-il sena ħabs ġewwa l-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin, tressaq il-Qorti fuq akkużi ta’ serq aggravata, kif ukoll is-sekwestru illegali ta’ persuna.

Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, li kienet qegħda tippresedi l-każ, semgħet kif l-akkużat kienu ilu biss sena u nofs barra mill-ħabs qabel ma ġie arrestat mill-Pulizija. Dan hekk kif huwa żamm persuna maqfula kontra r-rieda tagħha, u seraq arloġġ ta’ valur li jilħaq l-€4,500, filwaqt li kien qiegħed jiġi akkużat li seraq mutur ieħor minn Wied il-Għajn.

Din ma kinitx l-ewwel darba li l-akkużat rifser l-għatba tal-QOrti. Fl-2008, il-Qorti tal-Appell Kriminali kkundannt lill-akkużat sentenza ta’ sentejn u sitt xhur priġunerija wara li kkometta serq f’perjodu ta’ diversi xhur fl-1998 f’ħwienet diffrenti ġewwa Buġibba u Birkirkara; huwa ingħata kundanna oħra ta’ 18-il xahar priġunerija fl-2008 wara li kien akkużat li seraq u hedded lil ommu, kif ukoll għamel ħsara ġewwa d-dar tagħha stess f’Santa Venera; fl-2010 ġie akkużat għal darba oħra li seraq minn dar privata fil-Pieta, u ingħata sentenza ta’ tliet snin u tliet xhur priġunerija; fl-2012 huwa safa kkundannat għal darba oħra sentenza ta’ 18-il xahar priġunerija wara serqa ta’ karozza, kif ukoll serqa minn ġewwa ħanut f’San Pawl il-Baħar. 

Fl-2013, huwa kien akkużat għal darba oħra ‘reat kriminali, wara li nstab li kellu pussess tad-droga eroijna fiċ-ċella tiegħu ġewwa l-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin, u wara li nstab ħati, kien ikkundannat sentenza ta’ disa xhur ħabs oħra.

Għat-talba tal-Avukati Difensuri biex l-akkużat jingħata l-ħelsien tal-arrest, il-Qorti semgħet it-talba tal-Prosekuzzjoni biex dan ma jseħħx, minħabba li hija qieset il-gravita tar-reati, kif ukoll in-nuqqas ta’ fiduċja li hija għandha fl-akkużat li ma jerġax jikkommetti serqa oħra. Il-Qorti qieset ukoll il-fatt li għadd ta’ xhieda pajżana għad iridu jagħtu x-xhieda tagħhom ukoll.

Ekonomija

Sport