Saturday, December 21, 2024

Jinqabad jipprova jħarrab raġel fi trakk fuq il-katamaran

Aqra wkoll

Żewġt irġiel tressqu l-Qorti b’mod separat fejn wieħed minnhom ġie akkużat li pprova jħarrab raġel fi trakk fuq il-katamaran filwaqt li r-raġel l-ieħor hu l-istess wieħed li pprova jaħrab minn Malta

Michele Artale ta’ 54 sena minn Ragusa iżda residenti l-Isla baqa’ jinżamm arrestat wara li aktar kmieni prova jaħrab minn Malta waqt li bħalissa għaddej proċeduri fil-Qorti b’akkużi relatati ma’ traffikar tad-droga. Hu qiegħed jiġi akkużat li kellu d-droga kokaina u aktar minn €10,000 fi flus kontanti.

Il-Prosekuzzjoni qalet li kienu ndunaw li Artale ma marx jiffirma l-għassa tal-Pulizija kif mitlub mill-qorti u anke kellhom informazzjoni li dan seta’ kien qiegħed jippjana li jaħrab minn malta fi trakk bil-katamaran.

Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post fejn innutaw trakk li qajjem suspett. meta saru t-tfittxijiet neċessarji, il-pulizija sabet lil Michele Artale wara s-seat tal-passiġġier, mistoħbi wara purtiera.

Artale qal lill-pulizija li ried jaħrab minn Malta biex imur ħdejn ibnu għax kien se jagħmel operazzjoni.

Tressaq ukoll Santo Pecoraro ta’ 43 sena minn Ragusa fejn ġie akkużat li prova jħarrab lil Artale minn Malta. L-akkużati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi kontihom.

Huma baqgħu jinżamm arrestati fil-Ħabs ta’ Kordin.

Ekonomija

Sport