Saturday, July 5, 2025

Jinqabad jixrob f’bar fil-ħin li suppost kellu jkun ġewwa

Aqra wkoll

Eman Alexander Cross ta’ 23 sena tressaq fil-Qorti fejn ammetta li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest tiegħu meta nqabad jixrob f’bar fil-Ħamrun.

Huwa kien inqabad jixrob f’dan il-ħanut fil-ħin li suppost kellu jkun id-dar. Cross ġie mixli li kiser sett ta’ kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest mogħtija f’April 2024 u li kien reċidiv.

Wara li Cross ġie mwissi li potenzjalment seta’ jintbagħat il-ħabs, huwa kkonferma l-ammissjoni tiegħu.

Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Monica Vella, ikkunsidrat li Cross ikkoopera mal-pulizija, u ordnat il-konfiska ta’ €500 li kellu bħala depożitu għall-ħelsien mill-arrest. Huwa kien immultat ukoll €200.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sarah Kathleen Zerafa filwaqt li l-Avukat Adriano Spiteri deher għall-akkużat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport