Monday, April 6, 2026

Jinqabdu jagħmlu s-sess fuq bajja f’Rimini fl-Italja

Aqra wkoll

Koppja Amerikana lbieraħ għall-ħabta ta’ nofsinhar ġew arrestati wara li nqabdu jagħmlu s-sess fuq bajja f’Rimini fl-Italja.

Fil-ħin li wettqu dan l-att, fuq il-bajja kien hemm diversi familji jgawdu l-Għid il-Kbir. Fil-fatt jirriżulta li kienu persuni bit-tfal li ċemplu lill-pulizija wara li kienu tkellmu mal-koppja biex jieqfu jagħmlu s-sess, iżda huma xorta kompla l-att sesswali.

Huma mistennija li jitressqu l-Qorti fl-Italja fejn jekk jinstabu ħatja jistgħu jeħlu multa ta’ bejn €5,000 u €30,000 kull wieħed. Iżda l-piena għal din il-koppja tista’ tkun ħafna agħar hekk kif fil-madwar kien hemm it-tfal. Jekk fil-qorti jiġi ppruvat li huma kienu fil-viċinanzi tat-tfal jistgħu jeħlu bejn 4 xhur u 4 snin ħabs.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport