Saturday, September 7, 2024

Jinqaleb bit-trakk tal-ġebel u jaqa’ sular u nofs fi Triq Ta’ Pinu

Aqra wkoll

Raġel li l-identità tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa, tilef il-kontroll tat-trakk tal-ġebel li kien qiegħed isuq bil-konsegwenza li spiċċa waqa’ m’għoli sular u nofs. L-inċident seħħ ftit metri ‘l bogħod mir-roundabout li hemm fid-daħal tat-Triq Ta’ Pinu.

Fuq il-post marru l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex jgħinu lir-raġel jinħareġ mit-trakk, iżda sorsi fuq il-post qalulna li hu ħareġ waħdu mit-trakk.

Minkejja dan tim mediku mill-isptar marru fuq il-post b’ambulanza u wara li taw l-ewwel għajnuna lir-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura.

Il-kundizzjoni tar-raġel s’issa għadha mhix magħrufa.

Aktar informazzjoni kif taslilna…

Ekonomija

Sport