Ftit tal-ħin ilu fi Triq il-Kavallerija fil-Marsa seħħ inċident tat-traffiku fejn trailer spiċċa nqaleb.
Transport Malta fuq il-midja soċjali qalet li t-triq imsemmija fil-preżent tinsab temporanjament magħluqa għat-traffiku. L-operazzjoni sabiex terġa’ tinfetaħ it-triq għat-traffiku fadlilha madwar siegħa oħra.
Is-sewwieqa huma mħeġġa biex jevitaw iż-żona u jagħmlu użu minn rotot alternattivi.
Bħalissa bdiet il-ħidma biex it-trailer jitneħħa minn fuq il-post.
Intant, s’issa mhux magħruf jekk is-sewwieq jew persuni oħrajn sofrex xi ġrieħi.
Aktar dettalji kif jaslulna.