AKA mill-aqwa rappers fl-Afrika t’Isfel magħruf bħala u anke li kien qed jieħu fama mondjali nqatel ftit tal-ħin ilu flimkien ma’ sieħbu waqt li kienu fuq barra ta’ restorant fil-belt ta’ Durban.
Kiernan Forbes – AKA – inqatel ftit wara li spiċċa wirja f’restorant hekk kif persuni sparaw lejhom. Il-pulizija tal-Afrika t’Isfel qegħdin jinvestigaw dan il-qtil.
Robert Netshiund kelliem għal pulizija fejn seħħ il-qtil qal lill-aġenziji tal-aħbarijiet
internazzjonali li AKA u sieħbu kienu mxejin lejn il-karozza hekk kif twaqqfu minn żewġ persuni armati. Hekk kif huma resqu lejn xulxin, il-persuni armati sparaw lejhom.
Il-qattiela ħarbu minn fuq il-post u l-pulizija għaddejja bi tfittxija għalihom.