Sunday, November 10, 2024

Jinqatel ġurnalist ieħor ġewwa l-Messiku

Aqra wkoll

Ġurnalist Messikan safa maqtul permezz ta’ tiri t’arma tan-nar f’każ xokkanti li seħħ ġewwa l-istat ta’ Oaxaca. Dan kompla jżid mal-lista ta’ ġurnalisti li sfaw maqtula ġewwa dan il-pajjiż, lista li hija waħda allarmanti tant li l-Istati Uniti qiegħda tpoġġi pressjoni fuq il-Messiku biex tiżdied il-protezzjoni għall-ġurnalisti. 

Il-vittma huwa Heber Lopez, ġurnalist indipendenti li kien imexxi NoticiasWeb. Lopez ġie attakkat fl-istudio fejn jirrekordja l-programm. L-avukat ġenerali ta’ Oaxaca qal li b’rabta ma’ dan il-każ ġew arrestati żewġ persuni, u l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Lopez, li kien jiffoka l-ħidma tiegħu fil-belt port ta’ Salina Cruz, kien ilu mill-2019 jirċievi theddid fuq ħajtu. Dan il-ġurnalist kien jikteb regolarment dwar il-politika u l-korruzzjoni tal-gvern lokali. 

Il-vjolenza fil-konfront tal-ġurnalisti ġewwa l-Messiku hija waħda tat-tħassib ħafna. Tant hu hekk li f’Jannar li għadda biss tliet ġurnalisti u ħaddiem tal-midja nqatlu. Apparti hekk nhar is-Sibt li għadda nqatel eks ġurnalist. Skont statistika ppubblikata dan l-aħħar, bejn l-2020 u l-2021 ġewwa l-Messiku nqatlu xejn inqas minn 145 ġurnalist.

Sport