Rapport u filmati fil-midja internazzjonali qegħdin jirraportaw li l-kap tal-Wagner Yevgeny Prigozhin “inqatel” hekk kif l-ajruplan li kien abbord fuqu ġġarraf fir-Russja.
Inqas minn xagħrejn ilu Prigozhin ipprova jagħmel kolp ta’ stat kontra l-President Russu Putin, iżda f’nofs ta’ triq intqal li nlaħaq ftehim biex hu jmur fl-eżilju fil-Belarus.
Ħafna kienu qegħdin jgħidu li hu mar fl-eżilju fil-Belarus biex ikun jista’ jwettaq attakk militari kontra l-Polonja.
Wieħed irid jistenna aktar rapport dwar dak li ġara ftit tal-ħin ilu u kif se tkun qiegħda tiżvolġi s-sitwazzjoni tant prekarja bejn il-Punent u r-Russja.
Aktar ma bdiet tiżviluppa l-istorja, rapporti fil-midja internazzjonali kienu qegħdin jirraportaw li l-ajruplan iġġarraf b’attakk mid-difiża tal-ajru Russu fuq ir-reġjun Tver.