Ismail Haniyeh, il-mexxej tal-Hamas inqatel fid-dar tiegħu f’Tehran. Dan ġie kkonfermat mill-grupp terroristiku tal-Hamas, li stqarriu li sa issa l-Iżrael għadha ma tatx tweġiba.
Midja internazzjonali rrapurtat kif l-Iżrael ilha sa mill-attakki tas-7 ta’ Ottubru, b’tentattiv biex teqred lill-grupp tal-Hamas. Huwa mifhum li wara l-attakk imsemmi, fejn fih kienu inqatlu madwar 1,200 Iżraeljan, il-ġlied bejn l-Iżrael u l-Palestina ħrax.
Huwa mifhum li minbarra Haniyeh, inqatel ukoll il-kmandant imlaħħaq tal-Hezbollah fi strajk fil-kapitali Libaniża Bejrut. Iż-żewġt qtil f’madwar24 siegħa, qajjem biża kbira, speċjalemtn minħabba li dan jista’ jaffaċċja iktar kunflitt.