Thursday, December 26, 2024

Jinqatel politiku Indjan fil-kapitali Mumbai

Aqra wkoll

Baba Siddique, politiku prominenti Indjan ġie maqtul waqt li kien fil-kapitali Mumbai. Hu nqatel hekk kif raġel spara lejh.

Fil-ħin tal-attakk fuqu, Siddique kien jinsab ħdejn l-uffiċju ta’ ibnu li wkoll hu mdaħħal fil-politika. Il-Pulizija Indjana qalu li b’rabta ma’ dan il-qtil ġew arrestati żewġ persuni li qegħdin jiġu investigati.

Il-politiku li għandu 66 sena sena hu eks ministru tal-lokal, kif ukoll kif figura importanti ħafna fil-politika tal-istat ta’ Maharashtra.

Fi Frar li għadda hu telaq mill-Partit prinċipali tal-Oppożizzjoni u ngħaqad mal-Partit Nazzjonali tal-Kungress li jifforma parti mill-Gvern.

Ajit Pawar, il-viċi kap tal-Ministru ta’ Maharashtra qal li l-attakk fuq Siddique hu wieħed xokkanti fuq il-pajjiż kollu. Rapporti fil-midja internazzjonali jgħidu li Siddique kien jgħix ħajja lussuża ħafna fejn anke kien jattendi festini ma’ stilel ta’ Bollywood.

Il-qtil seħħ minkejja li fil-kapitali bħalissa hemm sigutà kbira minħabba li hemm festival tal-Hindu.

L-Oppożizzjoni Indjana qalet li dan il-qtil juri n-nuqqas ta’ sigurtà li hemm mal-politiċi ewlenin fil-pajjiż. Min-naħa tiegħu l-Gvern qal li se jkun qiegħed jagħmel investigazzjoni kbira dwar kif seta’ seħħ il-qtil u jara li każi bħal dawn qatt ma jerġgħu jiġru.

Ekonomija

Sport