Sunday, November 24, 2024

Jinqatel president ta’ club fil-Kolumbja

Aqra wkoll

President ta’ club tal-football fil-Kolumbja nqatel quddiem bintu stess wara li t-team tiegħu safa megħlub fil-kampjonat. 

Edgar Paez, president ta’ Tigres Football Club, kien qed jirritorna d-dar ma’ bintu meta żewġt irġiel fuq mutur wettqu d-delitt, nhar is-Sibt li għadda għall-ħabta tas-6.15 pm. 

Huma miet fi triqtu lejn l-isptar. 

It-team ta’ Paez kien għadu kemm niżel fil-qiegħ tal-klassifika wara t-telfa ta’ 3-2 aktar kmieni l-ġimgħa li għaddiet għalkemm  mhux magħruf jekk it-telfa kinitx relatata mal-qtil.

Bħalissa l-pulizija qed tinvestiga dan id-delitt makabru. 

Il-club ta’ Tigres ħareġ stqarrija li kienet tgħid: “Il-familja Tigres u l-komunità sportiva huma sogħbiena minħabba dan id-delitt. 

“L-impenn tiegħu lejn it-team u d-dedikazzjoni tiegħu għall-iżvilupp tal-isport fir-reġjun tagħna ħallew marka li ma titħassarx fuq dawk kollha li kellhom il-privileġġ li jafuh.”

Il-President tad-Diviżjoni Maġġuri tal-Futbol Professjonali Kolumbjan, Fernando Jaramillo, qal: “Hu dejjem kien distint mir-rispett tiegħu lejn sħabu, mill-pożizzjonijiet b’saħħithom iżda rispettużi tiegħu u mill-imħabba li jistqarr għall-isport li aħna lkoll passjonati dwaru: il-football.”

Paez qabel idderieġa lil Independiente Santa Fe, team ieħor  ibbażat f’Bogota.

Se jsir mument ta’ silenzju b’tifkira ta’ Paez fiż-żewġ logħbiet li jmiss li se jintlagħbu fil-kampjonati Kolumbjani. 

Sport