Friday, November 22, 2024

Jinqatlu iktar minn 60 persuna wara attakk fi skola f’Gaża li kienet qed tintuża bħala kenn għall-Palestinjani

Aqra wkoll

Attakk mill-ajru Iżraeljan fuq bini ta’ skola li jagħti kenn lill-Palestinjani fil-Belt ta’ Gaża qatel għexieren ta’ nies. Dan ġie kkonfermat mill-awtoritajiet immexxija mill-Ħamas,

Kelliem għall-Forzi tad-Difiża Iżraeljana (IDF) qal li l-iskola al-Taba’een serviet bħala faċilità militari attiva tal-Ħamas b’madwar 20 militanti joperaw hemmhekk. Kelliem għall-Ministeru tas-Saħħa fil-pajjiż qal li nqatlu iktar minn 60 persuna, filwaqt li ndarbu iktar minn 40 persuna

Matul dawn l-aħħar ġimgħat, l-Iżrael attakka diversi xelters f’Gaża fl-aħħar
Skont in-Nazzjonijiet Uniti, 477 minn 564 bini tal-iskejjel f’Gaża intlaqtu direttament jew ġarrbu ħsarat mis-6 ta’ Lulju, b’mill-inqas 14 oħra fil-mira minn dakinhar.

Sport