Sunday, November 24, 2024

Jinqatlu minn tal-inqas 23 persuna waqt protesti minħabba l-Gvern fil-Bangladexx

Aqra wkoll

Fil-Bangladexx inqatlu minn tal-inqas 23 persuna. Dan hekk kif waqt protesti illi saru madwar il-pajjiż kollu, komplu jeskalaw il-ġlied bejn il-pulizija u d-dimostranti. Iċ-ċittadini qegħdin jitolbu għar-riżenja tal-Prim Ministru Sheikh Hasina.

Huwa mifhum li l-Pulizija għamlu użu mill-gass tad-dmugħ waqt dawn il-protesti. Minbarra dawk li inqatlu, hemm ukoll madwar 200 persuna midruba. Ġie rraportat li fil-belt kapitali, jiġifieri fDhaka, bħalissa ma hemmx aċċess għall-internet. Dan ġie kkonfermat ukoll minn diversi kumpanij tat-tekonoloġija, fejn qalu li qed jagħmlu dan sabiex jobdu l-ordnijiet mogħtija lilhom mill-Gvern.

Il-midja tal-Bangladexx rrapurtat ukoll li kien hemm diversi nies li tilfu ħajjithom fid-d-distretti tat-Tramuntana, inkluż Bogra, Pabna u Rangpur. Persuna li kienet preżenti waqt dawn il-protesti, iddiskreviet s-sitwazzjoni tal-pajjiż bħala battalja.

Grupp ta’ studenti li wkoll kienu preżenti waqt id-dimostrazzjonijiet qed jitolbu lill-Gvern sabiex jagħmel mill-aħjar li jista u jeleġġa Prim Ministru ieħor minflok dik li hemm bħalissa.

Sport