Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li Albert Stefan Drumcea kien instab qawwi u sħiħ. Il-korp irringrazzja kull min ta l-informazzjoni jew l-għajnuna tiegħu.
Ilbieraħ: Ġuvni ta’ 15-il sena rappurtat nieqes
Albert Stefan Drumcea, ġuvni ta’ 15-il sena, ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija.
Skont informazzjoni maħruġa mill-Pulizija ntqal li huwa kien liebes kollox iswed u jifrenkwenta l-akwati ta’ Marsamxett.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 / 119, jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.