Friday, September 20, 2024

Jinstab il-katavru ta’ Brian Laundrie, sieħeb il-blogger Gabby Petito li nqatlet ftit tal-ġimgħat ilu

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat ħarġet il-konferma li l-katavru li nstab f’park ġewwa Florida nhar l-Erbgħa li għaddiet huwa ta’ Brian Laundrie, is-sieħeb tal-blogger Gabby Petito li kienet inqatlet ix-xahar li għadda. 

Brian Laundrie kien ilu iktar minn xahar irrapportat nieqes, u l-katavru tiegħu ġie identifikat wara analiżi li saret fuq is-snien. Laundrie kien meqjus bħala persuna ta’ interess fil-qtil ta’ Petito. Huwa kien irritorna waħdu wara vjaġġ ta’ avventura li kien għamel mas-sieħba tiegħu Gabby Petito. 

L-avukat tal-familja Laundrie meta tkellem mal-midja qal li huma m’għandhom l-ebda kummenti xi jżidu u talab biex il-privatezza tal-familja tiġi rrispettata. Hu mifhum li ħdejn il-katavru ta’ Brian insabu basket u anke ktieb tan-noti. 

Il-każ ta’ Petito u Laundrie, ta’ 22 u 23 sena rispettivament, kien kiseb l-attenzjoni tal-midja kollha madwar id-dinja. 

Din il-koppja kienu qattgħu s-sajf fuq avventura permezz ta’ camper van, liema avventura ddokumentawha b’filmati fuq is-sit youtube. 

Sport