Fl-aħħar ħinijiet instab katavru fl-inħawi taċ-Ċirkewwa u ddaħlet fil-Marfa fejn kollox qiegħed jindika li hu tat-tifla Pollakka li nġarret mill-baħar waqt li kienet qiegħda tieħu ritratti ma’ missierha u ħuha.
Dan is-sit hu informat li ġew informati l-qraba tat-tifla u mill-ewwel bdiet tingħata l-għajnuna lilhom.
Il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri f’post qal li “l-ħaddiema tas-salvataġġ għamlu ġranet u ljieli b’ħidma bit-tama li tinstab it-tifla Pollakka li sfortunatament inġarret mill-baħar bil-maltemp. Ġejt infurmat li sfortunatament il-bugħaddasa sabu lit-tifla bla ħajja. Qegħdin nagħtu l-assistenza kollha permezz tas-Police Support Response Team lill-familjari.”

