Iktar kmieni llum, għall-ħabta tas-1:30 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm intlemaħ ġisem ta’ persuna fil-baħar madwar 3 mili nawtiċi ‘l barra mill-inħawi ta’ Wied il-Għajn.
Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija minnufih talbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta li minn naħa tagħhom marru fuq il-post, tellgħu l-katavru u ħaduh Xatt it-Tiben.
Il-katavru għadu mhux identifikat peress li nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li mistennija ssir awtopsja fuq il-katavru sabiex tiġi stabbilita l-kawża tal-mewt.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.