Thursday, December 26, 2024

Jinstab mejjet l-attur ta’ Parasite Lee Sun-Kyun

Aqra wkoll

L-attur tal-Korea t’Isfel Lee Sun-kyun, magħruf l-aktar għar-rwol tiegħu fil-film Parasite – rebbieħ ukoll ta’ Oscar – instab mejjet. Sun-kyun li kellu 48 sena nstab mitluf min sensih f’wieħed mill-parks ewlenin ta’ Seoul matul il-jum tal-Erbgħa.

Għadu mhux ċar jekk dan kienx każ ta’ persuna li neħħa ħajtu b’idejh, iżda l-pulizija qalu li rċevew rapport li huwa kien telaq mid-dar wara li kien ukoll ħalla nota. Huwa kien ilu taħt investigazzjonii dwar allegat użu tad-droga minn Ottubru. 

L-aħbar tal-mewt tiegħu qanqlet reazzjoni kbira fuq il-midja soċjali. “Ma nistax nimmaġina kemm setgħet kienet diffiċli għalih. Strieħ fis-sliem,” ingħad f’wieħed mill-kummenti.

“Iċ-ċelebratijiet mhux ukoll umani? In-nies jistgħu jagħmlu żbalji f’ħajjithom,” intqal f’kumment ieħor. 

L-attur, li kien miżżewweġ lill-attriċi Jeon Hye-jin u kellu żewġ itfal subien, kellu karriera mifruxa fuq aktar minn żewġ diċennji. 

Ekonomija

Sport