Tuesday, July 1, 2025

Jinstab mejjet xhud ewlieni fil-każ ta’ koruzzjoni tal-eks Sindku ta’ Lima fil-Perù

Aqra wkoll

Xhud ewlieni li kien mistenni jixhed fil-każ tal-allegat korruzzjoni li hemm involut fih l-eks Sindku ta’ Lima fil-Perù nstab mejjet fid-dar tiegħu. Kien il-Prosekutur ewlieni li waqt li kien qiegħed jitkellem mal-midja qal li x-xhud instab mejjet inqas minn tlett xhur minn meta għandu jibda l-ġuri.

L-akkużat José Miguel Castro bħalissa jinstab arrestat fid-dar tiegħu stess hu kien mistenni li jgħaddi ġuri dwar korruzzjoni u frodi li allegatament wettaq fil-perjodu meta kien Sindku bejn l-2011 u l-2014.

Miegħu se tgħaddi ġuri wkoll is-Sinjura Villarán li se jkunu akkużati li rċivew b’madwar $10m mingħand kumpanija tal-kostruzzjoni Brażiljana.

Fkl-2019 Villarán kienet ammettiet mal-investigaturi li kienet rċiviet dawn il-flus, iżda ċaħdet li dawn kienet irċiviethom b’tixħim. Il-Prosekuzzjoni qalet li Castro dejjem ikkopera mal-investigaturi għalhekk dejjem ċaħad kull akkuża.

S’issa mhux magħruf x’kienet il-kawża tal-mewt tax-xhud ewlieni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport