Fl-Armenja waqt li studenta tal-univerità kienet qed tagħmel riċerka qalet li sabet żarbun tal-ġilda li skont studju li sar fuqu jmur lura aktar minn 5,500 sena.
L-istudenta kienet qed twettaq riċerka għal Università tal-Arkeoloġija tal-Armenja.
Jidher li ż-żarbun kien ġie preservat bl-aqwa kundizzjonijiet u nstab f’għar abbandunat. Jirriżulta li fuq iż-żarbun kien hemm xi suf tan-ngħaġ li kompla jżomm il-kundizzjoni taż-żarbun tal-ġilda tajba ħafna.
Minn studju li sar jirriżulta li dan għandu data li tmur lura 3,500 Qabel Kristu u allura hu 1,000 sena aktar antik mill-Piramida ta’ Giza fl-Eġittu.