Sunday, November 24, 2024

Jinstabu 27 każ ta’ COVID-19 f’pajjiżna… Ifiqu 17-il persuna

Aqra wkoll

Fl-aġġornament ta’ kuljum dwar il-każi ġodda ta’ COVID-19 f’pajjiżna, matul l-aħħar 24 siegħa nstabu 27 każ ġdid minn 1,647 swab test. Il-każi tal-lum għandhom qed ikunu investigati u katra informazzjoni se tkun qed tinħareġ mal-aġġornament ta’ għada.

Rigward il-każi tal-bieraħ, 6 mill-każi huma ta’ membri tal-familja ta’ każ attiv li diġà kien identifikat, 3 huma kollegi ta’ każ attiv, każ ieħor kien kuntatt dirett ma’ individwu li għandu l-COVID-19, każ wieħed ġej mill-cluster ta’ Paceville u 13-il każ minn djar tal-anzjani.

Matul l-aħħar 24 siegħa kienu ddikjarati mfejqa 17-il persuna.

Sport