Sunday, December 22, 2024

Jinstabu 4 katavri oħra … Żewġ persuni għadhom neqsin

Aqra wkoll

It-tfittxija għall-katavri tal-għarqa tal-jott ’il barra mill-kosta ta’ Sqallija li seħħet it-Tnejn irriżultat fis-sejba ta’ erba’ katavri li nstabu minn għaddasa.  

Skont l-awtoritajiet Sqallin tnejn mill-katavri ġew irkuprati u ttellgħu fil-wiċċ. L-għada tal-inċident ġie rkuprat il-katavru tal-kok tal-jott, Recaldo Thomas. B’hekk issa l-ammont ta’ persuni konfermati mejta telgħu għal ħamsa u huma biss tnejn il-persuni li għadhom ma nstabux.

Dr Jamie Pringle mill-Università ta’ Keele rrefera għal każijiet fejn persuni rnexxielhom isalvaw għal 60 siegħa f’sitwazzjonijiet ta’ fond simili, u t-tama hija li ż-żewġ persuni li għadhom neqsin possibbilment jinsabu maqbudin f’parti mill-jott li jista’ jkollha xi pockets ta’ arja biżżejjed biex huma jsalvaw. Madanakollu din il-probabbiltà hija minima ħafna.

Ekonomija

Sport