Friday, November 15, 2024

Jinstabu erba’ katavri minn tmienja tal-ħaddiema ta’ minjiera fil-Burkina Faso

Aqra wkoll

Wara ħidma ma’ taqta’ xejn li damet għaddejja xahar sħiħ, il-ħaddiema tas-salvataġġ ta’ Burkina Faso qalu li rnexxielhom isibu l-katavri ta’ erbgħa mit-tmien ħaddiema tal-minjieri li sfaw maqbuda taħt l-art. 

Dawn il-ħaddiema, li sfortuntament mietu kollha, kienu qed jaħdmu fil-min­jiera taż-żingu f’Perkola meta għargħar wassal biex dawn inqabdu f’fond ta’ 520 metru. 

It-tama li l-ħaddiema jinstabu ħajjin kienet sfax­xat fix-xejn hekk kif sar magħruf li ħadd minn dawn il-ħaddiema ma rnexxielu jasal sa dik li hi magħrufa bħala “l-kamra sigura” li hemm fil-minjiera. F’din il-kamra, li tinsab f’fond ta’ 570 metru, tinżamm ħażna ta’ ikel, ilma u anke ossiġnu. 

S’issa, il-ħaddiema tas-sal­vataġġ irnexxielhom jinżlu f’fond ta’ 610 metri u minn din il-minjiera diġà tneħħew 14-il miljun gallun ta’ ilma, iżda fadal xejn inqas minn 100 miljun litru x’jitneħħa.

Ekonomija

Sport