Il-Pulizija f’Arizona arrestat raġel wara li fil-friża tiegħu nstabu 183 annimal, fosthom klieb, qtates u għasafar.
Michael Patrick Turland, ta’ 43 sena minn Arizona, ammetta li ffriża xi wħud mill-annimali waqt li kienu għadhom ħajjin. Huwa ġie akkużat b’94 akkuża ta’ moħqrija tal-annimali.
Immaġini mix-xena “kienu assolutament diżgustanti u ta’ qsim il-qalb”, qalet ll-uffiċjal tal-Pulizija Anita Mortensen.
“Bħala dilettant tal-annimali kont qed nibki meta ħarist lejhom,” qalet lill-BBC, u żiedet li r-ritratti kienu wisq grafiċi biex jiġu ppubblikati.
L-awtoritajiet issa qed ifittxu lill-mara tas-Sur Turland, Brooklyn Beck.
L-arrest tar-raġel seħħ wara li l-pulizija rċeviet xi tip-off minn membru tal-pubbliku, li qal lill-pulizija li kienet ħalliet sriep lis-Sur Turland biex jitrabbew, iżda dan kien sparixxa wara ftit xhur u ma setgħetx tiksibhom lura.
Il-mara qalet lill-pulizija li kienet ġiet ikkuntattjata mis-sid tal-proprjetà wara li s-Sur Turland u martu telqu minn darhom f’Golden Valley.
Qalet li meta s-sid ġie biex tnaddaf l-appartament, fil-garaxx instab freezer mimli annimali mejta, fosthom uħud mis-sriep tagħha.
Uffiċjali sabu klieb, fkieren, gremxul, għasafar, sriep, ġrieden, firien, u fniek fost l-annimali ffriżati.
Għaxart ijiem wara, il-pulizija rċeviet rapporti li s-Sur Turland kien lura d-dar, u arrestawh. Il-motiv tiegħu għadu mhuwiex ċar.