Sunday, December 22, 2024

Jinstabu l-fdalijiet ta’ ajruplan tat-Tieni Gwerra Dinjija f’San Vinċenz

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll


Waqt li kienu għaddejjin xi xogħlijiet f’San Vinċenz de Paul, hekk kif fir-residenza għaddejja ħidma bi proġett għal ġnien ġdid iddedikat lill-pazjenti bid-dimensja, instabu fdalijiet ta’ ajruplan tat-Tieni Gwerra Dinjija.

Dan tħabbar mill-Ministru Jo Etienne Abela fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook. Huwa qal li l-fdalijiet li nstabu se jiġu trasferiti fil-Mużew tal-Avjazzjoni f’Ta’ Qali.

Fl-istess messaġġ huwa qal li għalkemm jista’ jagħti l-każ li x-xogħol fuq dan il-ġnien itul iktar minn dak previst, il-ħidma għal dan il-proġett qed tibqa’ għaddejja bl-aħjar mod possibbli fiċ-ċirkostanzi preżenti.

Dan dan il-ġnien b’sensittività lejn persuni bil-kundizzjoni tad-Dimensja ġewwa San Vinċenz se jkun possibbli b’investiment ta’ €750,000. Dan il-ġnien se jkollu żoni ta’ rikreazzjoni multisensorjali u apparti r-residenti ta’ San Vinċenz, se jkun jista’ jitgawda anke mill-pubbliku.

Ekonomija

Sport