Friday, March 14, 2025

Jinstabu mat-98 kg suspettata kokaina f’kontejner li kien fih gambli ffriżati

Aqra wkoll

Nhar l-Erbgħa waranofsinhar, il-Pulizija, flimkien ma’ uffiċjali mid-Dipartiment tad-Dwana, elevaw mat-98 kilogramma droga suspettata kokaina fil-Port Ħieles.
Id-droga instabet moħbija f’kontejner li kien ġej mill-port ta’ Guayaquil fl-Ekwador u destinat lejn il-port ta’ Genoa, fl-Italja.

Il-kontejner li kien fih kaxxi bil-gambli ffriżati, qajjem suspett mal-uffiċjali tad-Dwana waqt spezzjoni ta’ rutina. Minn aktar spezzjonijiet li saru, bejn il-kaxxi nstabu erba’ basktijiet bl-allegat sustanza.

Dwar din is-sejba infetħet inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat Dr Joe Mifsud.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport