Dalgħodu waqt li kien qed isir skavar fl-Ecohive, jew kif inhu magħruf aħjar il-Magħtab, instabu żewġ bombi li jidher li huma antiki.
Is-sejba ta’ dawn il-bombi saret għall-ħabta tat-7:45 a.m.
Il-bombi nstabu ħdejn l-AD Plant fejn isir il-proċess tal-organic. Ħdejn dan l-impjant hemm diversi uffiċini u minħabba li nstabu dawn iż-żewġ bombi l-ħaddiema kollha ntbagħtu d-dar.
Sorsi informati qalulna li kienu l-uffiċjali tas-Saħħa u Sigurtà ta’ WasteServ li ħadu d-deċiżjoni li l-ħaddiema jintbagħtu d-dar, filwaqt li mill-ewwel ġew imsejħa l-awtoritajiet.
Bħalissa fuq il-post hemm uffiċjali tal-Forzi Armati biex janalizzaw is-sitwazzjoni u jneħħu kull periklu li jista’ jkun hemm.
Aktar dettalji kif jaslulna…