Ftit tal-ħin ilu għall-ħabta tad-9.30am, il-pulizija ġew informati li kienu nstabu żewġ persuni mejtin fil-Marsa.
Jidher li dan seħħ wara ġlieda bejn grupp ta’ persuni. L-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li ż-żewġ persuni sofrew diversi ġrieħi ta’ sikkina jew strument li jaqta.
Skont l-ewwel informazzjoni li għandu dan is-sit jidher li l-allegat aggressur qiegħed f’idejn il-pulizija wara li ġie arrestat fi triq ftit ‘il bogħod minn fejn instabu l-persuni mejtin.
Fuq il-post hemm diversi paramediċi mill-Isptar Mater Dei kif ukoll diversi uffiċjali tal-Pulizija fosthom l-iskwadra tal-omiċidji li mill-ewwel bdew bl-investigazzjonijiet tagħhom.
Aktar dettalji dalwaqt…