Sunday, December 22, 2024

Jinstema’ jidgħi mal-kollega minħabba l-ħin tad-diskors tiegħu waqt is-seduta

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina xejn ma jidher li ħa pjaċir bil-fatt li ma laħaqx llesta d-diskors li kellu preparat għas-seduta parlamentari. Il-Perit deher aġitat hu u jħaffef fil-punti li kellu mħejjijin waqt is-seduta b’rabta mal-estimi tal-Awtorità tal-Ippjanar. 

Waqt id-diskors tiegħu huwa qal li se jkun qiegħed jikkonkludi fil-qosor kemm seta’ minħabba li l-Whip Robert Cutajar kien għamillu s-sinjal biex jikkonkludi. Huwa kompla biex jitkellem dwar numru ta’ nuqqasijiet fl-opinjoni tiegħu sakemm aktar tard instema’ jgħid li issa żgur se jikkonkludi minħabba li x’aktarx kienet reġgħet inġibditlu l-attenzjoni li kien spiċċalu l-ħin.

Iżda li żgur li ħadd mill-pubbliku li kien qiegħed isegwi ma stenna dak li seħħ waqt li kien se jibda d-diskors tiegħu l-Whip tal-Partit Nazzjonalista Robert Cutajar.

Il-Perit kien għad kellu l-mikrofonu mixgħul u waqt it-trażmissjoni nstema’  jgħid lill-kollega tiegħu Stanley Zammit “Qal Mad**** kemm? 13-il minuta naħseb ux?”

Ekonomija

Sport