Wednesday, October 30, 2024

Jinstemgħu ħsejjes ġejjin mill-istess żona tat-tfittxija għas-sottomarin Titan

Aqra wkoll

Qed jingħad li għadha kemm nibtet tama ġdida għall-persuni abbord is-sottomarin Titan hekk kif fl-aħħar ħin ġie rrappurtat li nstemgħu xi ħsejjes jidwu fl-istess żona fejn kienet għaddejja t-tfittxija għas-sottomarin li għeb qrib it-tifrik tat-Titanic fl-Oċean Atlantiku. Tħabbar dan mill-Gwardja Marittima tal-Istati Uniti, f’kitba li qasmu fuq Twitter.

It-Titan, bil-ħames persuni abbord, tilef il-kuntatt mal-bastiment tar-riċerka Polar Prince madwar siegħa u 45 minuta fil-għadsa tiegħu lejn it-tifrik tat-Titanic il-Ħadd filgħodu. Għaldaqstant, il-ġlieda kontra l-ħin tkompli tikber hekk kif tlett ijiem ilu l-istess sottomarin kellu provvista ta’ ossiġnu ta’ 96 siegħa; bejn wieħed u ieħor fadlilhom madwar ġurnata ta’ ossiġnu.

L-istess sors kompla jgħid li riżultat ta’ dan, saret rilokazzjoni ġdida għall-operazzjoni tas-salvataġġ bil-għan li jinterċettaw bl-eżatt minn fejn ġew dawn il-ħsejjes. Madankollu, s’issa t-tfittxija rriżultat fin-negattiv. 

Sport