Saturday, November 23, 2024

Jintbagħat tliet snin ħabs fuq diversi serqiet minn ħwienet tal-ikel f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Rumen ta’ 26 sena ġie kkundannat 3 snin ħabs wara li ammetta li wettaq madwar għaxar serqiet f’temp ta’ ftit ġranet. Fil-Qorti ġie spjegat li s-serqiet seħħu minn ħwienet differenti tal-ikel f’San Ġiljan bejn id-9 u l-21 ta’ Lulju.

Min-naħa tagħha, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-valur tas-serqiet li wettaq Vasile Brudaru, kienu jammontaw għal xejn inqas minn €2,329.

Il-Maġistrat Nadine Sant Lia li pprosediet l-każ ikkunsidrat il-fatt li l-akkużat ammetta għall-akkużi kollha miġjuba kontrih, fi stadju bikri tal-proċeduri. Ġie osservat ukoll li fil-perjodu li kien qiegħed Malta, l-imputat ma’ wettaq ebda reat

Fis-sentenza tagħha, il-Magistrat Lia kkunsidrat ukoll it-talba tal-Prosekuzzjoni għal sentenza ta’ prigunerija effettiva, bir-raġuni li Brudaru wettaq sensiela ta’ serqiet.

Minbarra s-sentenza ta’ priġunerija, ir-raġel ġie ordnat sabiex iħallas lura lill-vittmi.

Sport