Sunday, November 24, 2024

Jintemm b’suċċess il-Gozo Food Festival

Aqra wkoll

Jintemm b’suċċess il-Gozo Food Festival li għal sena oħra sar fil-Pjazza tax-Xewkija. Din is-sena dawk kollha li attendew setgħu jduqu minn għażla ta’ 100 platt tal-ikel differenti kollha minn diversi pajjiżi.

L-attività li saret fuq jumejn kienet organizzata mill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar flimkien mal-Kunsill Lokali tax-Xewkija.

Apparti l-ikel kien hemm ukoll mużika kontinwa min mużiċisti Għawdxin, kif ukoll żona speċjali ddedikata għat-tfal b’ikel addattat b’varjetà ta’ logħob u attrazzjoni, f’kelma waħda kienet attivita b’divertiment għat-tfal u l-familja kollha. 

Id-dħul għal dan il-festival kien mingħajr ħlas filwaqt l-Malta Public Transport operaw b’servizz shuttle mill-Imġarr Ferry Terminal għall-Pjazza tax-Xewkija

Sport