Saturday, December 21, 2024

Jintemm il-lockdown f’Sydney wara 107 ijiem

Aqra wkoll

Il-belt ta’ Sydney temmet il-perjodu ta’ lockdown wara kważi erba’ xhur. Din il-ġurnata ġabet ferħ fost iċ-ċittadini hekk kif wara ġimgħat ta’ restrizzjonijiet se jkunu jistgħu jiċċelebraw ċertu rilaxx ta’ miżuri.

Persuni nġabru fi kjuwijiet jistennew stabbilimenti li fetħu apposta f’nofsillejl biex jiċċelebraw din l-okkażjoni. Oħrajn għażlu li jiċċelebraw ir-rilaxx tal-miżuri billi nġabru għal ikliet mal-familji u ħbieb tagħhom.

Skont il-miżuri tal-Covid-19, ir-residenti kienu pprojbiti milli jivjaġġaw aktar minn 5 Kilometri u b’hekk ħafna familji kellhom jaqtgħu l-kuntatt għal dawn l-aħħar ġimgħat.

Intant ir-restrizzjonijiet għal dawk li huma kompletament imlaqqmin issa naqsu drastikament fejn fost affarijiet oħra jistgħu joħorġu jieklu, jżuru gyms, libreriji u pools. Barra minn hekk, il-jum tat-Tnejn ra kjuwijiet ukoll għas-servizzi relatati mas-sbuħija bħalma huma l-barbier u tad-dwiefer.

Ekonomija

Sport