Sunday, December 22, 2024

Jintemm l-istaġun 2023 tal-SB20 SeaJet Malta Sailing League

Aqra wkoll

L-aħħar tiġrija tant mistennija tas-SeaJet Malta Sailing League, tad-dgħajjes SB20, saret barra l-Port il-Kbir, lejn l-aħħar ta’ Ġunju.

Peress li kienet l-aħħar tiġrija tal-istaġun, it-tensjoni kienet għolja għal żewġ raġunijiet. L-ewwelnett, il-kundizzjonijiet tal-ġurnata kienu mistennija jkunu mprevedibbli kif inhu mistenni għal dan iż-żmien tas-sena; u t-tieni, l-ekwipaġġi kienu qed jikkompetu għall-punti doppji li kellhom jinġabru fl-aħħar tiġrija. Bi flotta li qed tikber, seba’ SB20s kienu lesti s-Sibt filgħodu, ħerqana għal tliet tiġrijiet f’kundizzjonijiet perfetti.

L-ewwel tiġrija wriet ħila notevoli, b’Outlaw, li kien ilu nieqes għal ħafna mill-istaġun, kiseb rebħa memorabbli. Minkejja n-nuqqas tagħhom, l-ekwipaġġ għamel prestazzjoni bla difetti, bħallikieku kienu qed ibaħħru flimkien regolarment. It-tieni tiġrija, iżda, kienet mimlija sfidi. Careful Now, li kienu ilhom fit-tieni post fil-klassifika tal-kampjonat, esperjenzaw daqqa ta’ ħarta devastanti meta l-arblu tagħhom inkiser fil-bidu tat-tellieqa. Sussegwentement, Outlaw, ukoll iltaqa ma xi problemi li fisser it-tim tal-MYSC jikseb ir-rebħa fit-tieni tiġrija.

Il-kundizzjonijiet tal-baħar il-Ħadd filgħodu kienu aħjar minn dawk tal-ġurnata ta’ qabel. Dawn il-kundizzjonijiet qajmu tamiet għal erba’ tiġrijiet u ċ-ċelebrazzjoni tant mistennija ta’ tmiem l-istaġun. Cage Architects Team Chiara u Team Panda kienu jafu li kellhom jaġħtu wirja qawwija biex iżommu l-pożizzjonijiet tagħhom fil-quċċata tal-Klassifika ġenerali. Ir-regatta finali ntemmet b’Outlaw, it-tim magħmul minn Brian Flahive , Tom Sammut Alessi , Alan Tabone Ferrante, jikseb l-ewwel post fit-tellieqa, filwaqt li Cage Architects Team Chiara, it-tim ta’Ray Condachi, Andrea Vella u Daniel Fenech, ħareġ bħala r-rebbieħ ġenerali tas-SeaJet Malta Sailing League.

Is-Seajet Malta Sailing League waslet fi tmiemha b’ċelebrazzjoni tat-tmiem l-istaġun, ospitata fil-Grand Harbour Marina. Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet kienet tmiem perfett għal staġun kompettitiv.

Bl-Assoċjazzjoni tospita l-Kampjonati Ewropej SB20 is-sena d-dieħla, is-serata tal-għoti tal-premjijiet ippreżentat opportunità tajba biex tgħaqqad sponsors, baħrin u partitarji flimkien sa biex jitqajjem interess għal dan l-avveniment internazzjonali li qser jkun qed jiġi ospitat f’Malta.

Il-President tal-Assoċjazzjoni Steve Carter spjega l-kontribuzzjonijiet imprezzabbli tal-voluntiera u l-isponsors tal-Assoċjazzjoni. L-Assoċjazzjoni Maltija SB20 estendiet il-gratitudni tagħha lil Martin Azzopardi, Michelle Caruana, Maurizio Jacono, u t-timijiet tagħhom għall-kontribut tagħhom bħala uffiċjali tat-tellieqa.

“Minbarra l-ħin u d-dedikazzjoni tat-tim t’uffiċjali, li jagħti l-ħajja lill-isport, l-avvenimenti tagħna ma jkunux jistgħu jsiru mingħajr l-appoġġ ta’ sponsors bħall-Grand Harbour Marina u s-Seajet, irrapreżentat minn Dockshop. L-appoġġ u t-twemmin bla waqfien tagħhom fil-Klassi SB20 f’Malta qanqlu interess u appoġġ immens. Hekk kif inħarsu ’l quddiem lejn l-istaġun 2023/24, aħna nantiċipaw li se jkun saħansitra akbar, aħjar, u aktar kompetittiv.” temm jgħid Carter.

Ekonomija

Sport