Friday, November 15, 2024

Jintemmu ħesrem it-taħditiet dwar it-tiġdid tal-kuntratt bejn Chelsea u difensur Antonio Rudiger

Aqra wkoll

It-taħditiet dwar it-tiġdid tal-kuntratt bejn Chelsea u d-difensur Antonio Rudiger intemmew ħesrem.

Bil-ftehim eżistenti tal-Ġermaniż jiskadi fis-sajf, il-Blues intqal li qed jinnegozjaw estensjoni fost interess għall-firma tiegħu minn madwar l-Ewropa.

Madankollu, bħalissa m’hemm l-ebda taħditiet li qed isiru, b’offerta mtejba għadha ma tressqitx mill-club f’dan l-istadju.

Intqal li l-player ta’ 28 sena kien miftuħ li jibqa’ fi Stamford Bridge iżda malajr laqat l-oppożizzjoni għat-talbiet tiegħu ta’ pagi miżjuda, li rrappurtati kienu jagħmluh l-aktar difensur li jaqla’ flus fil-Premier League.

B’Rudiger issa jista’ jiddiskuti ftehimiet ta’ qabel il-kuntratt ma’ clubs oħra, Real Madrid u Paris Saint-Germain ġew marbuta mal-firma tiegħu, filwaqt li Manchester United daħlu wkoll fit-taqtiegħa għas-serbizzi tiegpu, bil-manager temporanju Ralf Rangnick huwa ammiratur kbir tal-internazzjonali Ġermaniż.

Minn mindu ngħaqad ma’ Chelsea mingħand Roma fl-2017, huwa għamel 183 dehra għall-Blues, u kellu parti ewlenija fit-trijonfi tagħhom taċ-Champions League u tat-Tazza tad-Dinja tal-Clubs mill-ħatra tal-kompatrijott Thomas Tuchel bħala manager is-sena li għaddiet.

Ekonomija

Sport