Friday, January 23, 2026

Jintgħażlu mħallef u tliet maġistrati ġodda

Aqra wkoll

Charmaine Galea ntgħażlet biex tkun Imħallef ġdid fil-ġudikatura. Franca Giordmaina, Valentino Patrick u Claudio Zammit se jinħatru bħala Maġistrati ġodda.

Fi stqarrija mill-President ta’ Malta intqal li wara li, fis-7 ta’ Novembru tal-2025, saret sejħa pubblika mill-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard għal ħatra ta’ Imħallef ġdid u Maġistrati ġodda, intagħżlu dawn il-persuni.

Il-President ferħet lill-Imħallef u l-Maġistrati ġodda u rringrazzjat lill-membri tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura għax-xogħol tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport