Wednesday, October 22, 2025

Jintgħażlu t-30 kanzunetta li se jgħaddu għall-fażi li jmiss ta’ Mużika Mużika

Aqra wkoll

Festivals Malta tħabbar it-30 kanzunetta li se jgħaddu għall-fażi li jmiss għas-sitt edizzjoni ta’ Mużika Mużika. Il-festival irċieva numru sostanzjali ta’ sottomissjonijiet tal-ogħla livell, b’interess u rispons pożittiv ferm minn diversi kantanti, kompożituri u awturi fix-xena tal-mużika lokali. 

Waqt l-ewwel fażi ta’ preparamenti ta’ Mużika Mużika, il-kanzunetti sottomessi ġew iġġudikati minn membri tal-ġurija fil-preżenza tan-Nutar tal-Gvern, fejn minnhom intgħażlu l-aqwa 30 kanzunetta. Issa, dawn il-kanzunetti se jkunu qed jgħaddu għall-fażi li jmiss fejn se jiġu interpretati live quddiem ġurija differenti minn dik tal-ewwel fażi. Minn hemm, jintgħażlu 16-il kanzunetta finalista li se jiġu ppreżentati waqt Mużika Mużika fid-19 u l-21 ta’ f’Marzu 2026. 

It-30 kanzunetta li għaddew għall-fażi li jmiss huma dawn (f’ordni alfabetika skont l-isem tal-kanzunetta):

Avventura

Fuq Ponot Subgħajja

Għannaqtek

Glorja Lilek

Ħej Siri

Id f’Id 

Imħabba 

Indur Għalik

Int u Jien* 

Int u Jien**

Intbaħt

Jekk Forsi

Jista’ Jkun 

Ktieb Miftuħ 

L-Aħħar Jum

Lilek Sibt

L-Ilsien Malti

Nifs

Niftakarna

Nistaqsi

Paċi

Poeżija Mingħajr Tmiem 

Qalb tad-Deheb 

Sensazzjoni

Tegħmiża

Tibkix

Tibqa’ Int 

Tiegħi Tkun 

Twarrabnix

Żewġ Fergħat

Festivals Malta u l-bord ta’ Mużika Mużika jixtiequ jirringrazzjaw lil kull min issottometta l-applikazzjoni tiegħu għall-festival. Aktar informazzjoni marbuta mal-live auditions ser tintbagħat lill-parteċipanti kkonċernati fil-jiem li ġejjin.

Nota: Peress li għaddew aktar minn kanzunetta waħda bit-titlu ta’ ‘Int u Jien’, nikkjarifikaw li l-kanzunetta Int u Jien* hija tal-kompożituri Edward Abela u Matthew James, filwaqt li l-kanzunetta Int u Jien** hija tal-kompożitur Cyprian Cassar. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport