Thursday, January 30, 2025

“Il-Buon sens rebaħ għall-ġid tal-marid”

Il-Ministru Jo Etienne Abela jħabbar li ntlaħaq ftehim bejn il-Gvern u l-MAM

Aqra wkoll

Wara jiem ta’ azzjonijiet industrijali mill-MUM, il-Ministru tas-Saħħa u Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar li kien intlaħaq ftehim.

Il-Ministru ħabbar dan fuq il-midja soċjali fejn qal li “wasalna għal ftehim mal-Medical Association of Malta (MAM) l-unjin li tirrapreżenta t-tobba f’pajjiżna. Nixtieq nirringrazzja lit-tim ta’ uffiċċjali fil-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva flimkien ma uffiċċjali mill-Isptar Mater Dei, l-Kura Primarja u l-Uffiċċjali mill-Industrial Relations Unit (IRU).”

Il-Ministru temm jgħid li “l-Buon sens rebaħ għall-ġid tal-marid.”

Fl-aħħar jiem il-Gvern ħabbar diversi miżuri biex jassigura li l-kura tan-nies tibqa’ tiġi salvagwardjata. Dakinhar il-Gvern kien qal li hu determinat li jkun hu li jġorr il-piż tal-azzjonijiet. Qal li biex servizzi essenzjali ta’ saħħa fil-komunità jibqgħu jiġu mogħtija fl-akbar firxa possibbli, u sabiex jiġi protett is-servizz fl-Isptar Mater Dei, il-Gvern qiegħed jitlob l-istituzzjonijiet ta’ saħħa privati, li magħhom huwa għandu ftehim, sabiex jipprovdu huma ċerti servizzi sakemm it-tilwima industrijali tiġi riżolta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport