Sadio Mane u Bayern Munich laħqu ftehim dwar termini personali qabel it-trasferiment tas-sajf tal-attakkant minn ma’ Liverpool.
Mane dalwaqt se jidħol fl-aħħar 12-il xahar tal-kuntratt tiegħu mal-ġganti ta’ Anfield u suppost iddeċieda li jrid jibda l-kapitlu li jmiss fil-karriera tiegħu għall-istaġun 2022-23.
Bayern ilhom meqjusa bħala l-favoriti għall-firma ta’ Mane, iżda l-offerti bikrin tagħhom għall-player ta’ 30 sena ġew miċħuda malajr minn Liverpool.