Wednesday, November 27, 2024

Jintlaħaq qbil bejn ix-xufiera u s-sidien tal-kumpaniji tal-ferroviji fir-Renju Unit

Aqra wkoll

Wara numru ta’ azzjonijiet industrijali rigward titjib fil-pagi, is-sigurtà tal-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-ħaddiema tat-trasport pubbliku fir-Renju Unit waslu fi ftehim mal-kumpaniji tal-ferroviji.

Dan tħabbar iktar kmieni llum mill-Union tal-Ħaddiema tat-Trasport (TSSA) wara li membri tal-Union stess aċċettaw l-offerta li saritilhom mill-kumpaniji tal-ferroviji. Dan ifisser li l-azzjonijiet industrijali min-naħa tax-xufiera ġew fi tmiemhom.

Il-kumpaniji involuti f’dan il-ftehim huma: Avanti West Coast, C2C, Chiltern Railways, Cross Country, East Midlands Railway, Govia Thameslink Railway, Greater Anglia, Great Western Railway, London North Eastern Railway, Northern Trains Limited, South Eastern Railway, South Western Railway, Trans Pennine Express, West Midlands Trains. 

Il-Union min-naħa tagħha se tkun qed tiltaqa’ mas-sidien tal-kumpaniji sabiex jiddiskutu fid-dettall l-implimentazzjoni tal-prinċipji li ntlaħaq qbil fuqhom.

Sport