Saturday, November 23, 2024

Jintlaqat minn karozza u taħrab minn fuq il-post

Aqra wkoll

Raġel ta’ 38 sena u residenti ir-Rabat, Għawdex, qiegħed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei għal ġrieħi gravi li sofra meta ntalaqat minn vettura. 

Matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tas-00:45, il-Pulizija ġew infurmati permezz ta’ telefonata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa minħabba li kien hemm persuna mixħuta fl-art bil-possibiltà li dan kien iltaqat minn vettura. 

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-vittma – ir-raġel ta’ 38 sena – kien mixi fl-imsemmija triq u ntlaqat minn vettura li allegatament minnufih ħarbet minn fuq ix-xena. 

Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn persuna li nzerta fl-inħawi qabel ittieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Hemmhekk, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Sport